Embrijuni: Is-Social Workers iħeġġu għall-ħarsien tal-ħajja f’kull stadju

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers stqarret li s-soċjetà Maltija għandha tirrispetta l-kwalità tal-ħajja fl-istadji kollha tagħha u li jkollha s-servizzi kollha meħtieġa biex tagħmel dan.
L-Assoċjazzjoni ħasset il-ħtieġa li permezz ta’ stqarrija tikkomunika din il-ħtieġa fid-dawl tad-dibattitu parlamentari dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni u diskussjonijiet dwar aspetti oħra ta' prokreazzjoni.
Is-Social Workers imħeġġa jkunu nfurmati dwar il-liġi tal-IVF
Fl-istess stqarrija, is-Social Workers ħeġġew biex dawk interessati jidħlu fi djalogu infurmat filwaqt li jżommu fiċ-ċentru tad-diskussjoni l-interessi tat-tfal, kemm jekk imwieled u kemm jekk le.
L-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin u speċjalista rtirat fill-mediċina tal-familja, Dr George Vella stqarr li jemmen bis-sħiħ li l-ebda leġiżlatur b’kuxjenza tajba ma jista’ qatt japprova ċerti prattiċi fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Is-Social Workers esprimew ukoll is-solidarjetà tagħhom mal-ġenituri li qed jiffaċċjaw jew ħadu deċiżjoni diffiċli f'dan ir-rigward.
Dan filwaqt li enfasizzaw ukoll li l-membri tas-soċjetà Maltija għandu jkollhom aċċess għal servizzi ta' appoġġ kif inhu xieraq biex jiżguraw protezzjoni adegwata tat-tfal u l-ġenituri jew tal-ġenituri prospettivi.