Għal Eman Azzopardi illum ma kienx ifisser biss iċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq sninu, iżda kienet ukoll ġurnata li fissret li huwa jimxi kilometru għal kull sena li huwa għalaq: 45!
Huwa għamel din il-mixja b’risq il-Hospice Malta u l-mixja bdiet minn Ħaz-Żebbuġ għall-Girgenti, Is-Salib tal-Għolja, Dingli, Imtaħleb, Baħrija, Mġarr, Binġemma, Mosta, Attard, Lija u spiċċat ħdejn id-dar ta’ Hospice Balzan.
Jekk tixtieq tagħti l-appoġġ tiegħek lil Eman għal din il-mixja li għamel f’għeluq sninu b’risq il-Hospice, għadek fiċ-ċans li tagħmel dan permezz ta’ Revolut fuq 79734476.
Eman għandu jħabbar b’mod uffiċjali s-somma li nġabret b’risq Hospice Malta fil-ġranet li ġejjin.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.