Email qarrieqa titlob validazzjoni tal-BOV SecureKey

Għalkemm tali emails ikunu jidhru awtentiċi, il-BOV fakkar lill-klijenti li għandhom dejjem jinjoraw komunikazzjonijiet li jagħtu l-impressjoni li huma mibgħuta mill-Bank u li jitolbu informazzjoni finanzjarja jew personali bħall-PIN tal-BOV Cashlink, dettalji tal-kards ta’ kreditu jew debitu, numri tal-kontijiet, user ID tal-BOV Internet Banking jew passcodes iġġenerati permezz tal-BOV SecureKey.
Il-Bank jisħaq li huwa qatt ma jitlob infomazzjoni ta’ dan it-tip mill-klijenti permezz ta’ email, telefon jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diġitali.
Il-BOV stqarr li għandu sistemi kbar ta’ sigurtà u li, “permezz tal-BOV SecureKey, il-klijenti għandhom aċċess għall-mekkaniżmu biex jawtentiċizzaw it-tranżazzjonijiet tagħhom b’mod sigur permess tal-BOV Internet Banking.
“Madanakollu, il-klijenti għandhom jibqgħu dejjem attenti dwar theddid ta’ dan it-tip u huwa importanti li jżommu ma’ prattiċi stabbiliti”, temm il-BOV fi stqarrija.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt