Elvis Presley Tribute f’Malta

Kull min kien jammira lil Elvis Presley se jerġa’ jġedded sensiela ta’ memorji.
Dan hekk kif l-artist ta’ Elvis Tribute, Gordon Davis, se jerġa’ jkun f’Malta għal kunċert ta’ sagħtejn sħaħ.
Gordon Davis, artist Malti li rebaħ diversi unuri fosthom Images of the King Champion 2012, se jkun qed jinterpreta għadd ta’ kanzunetti klassiċi, fosthom, Gave Me A Mountain, Memories, The Wonder of You, Suspicious Minds, Are you Lonesome Tonight, Blue Suede Shoes u Can’t Help Falling in Love.
Huwa se jkun akkumpanjat mill-grupp mużikali tiegħu, fosthom Cliff Preece, Dan Caney, Ryan Quartermaine, Richard Gibson, Harriet Raybould u Lucy Jones.
Il-kunċert se jsir is-Sibt 6 ta’ Mejju li ġej u se jkun qed jittella’ fis-City Theatre, fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.
Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lil Ħamrun Kiosk fuq 21248989 jew 99495648 jew lil Joe Zammit fuq 99859562.