
Matul perjodu meta l-poljo affettwat lill-Istati Uniti Elvis Presley ttaqqab bil-vaċċin tal-poljo dirett fuq it-TV waqt The Ed Sullivan Show.
Filwaqt li dak iż-żmien il-biċċa l-kbira tat-tfal kienu qed jitlaqqmu, ħafna żgħażagħ u adulti ma ħasbux li kienu f’riskju mill-poljo u ma kinux ħerqana li jieħdu l-vaċċin. Id-deċiżjoni ta’ Presley li jieħu l-vaċċin pubblikament – partikolarment meta kien ċelebrità żagħżugħa u b’saħħitha – setgħet tat spinta kbira għaż-żgħażagħ u l-adulti biex jitlaqqmu huma stess.
Jista’ jkun li l-kantant kien il-mezz biex adulti iżgħar jifhmu l-importanza tal-vaċċin. Dan x’aktarx għen biex inaqqas il-marda li tittieħed ħafna, li eventwalment ġiet eradikata wara li Dr Jonas Salk żviluppa vaċċin fl-1955.
Sal-1962 n-numru medju ta’ każijiet ta’ poljo naqas b’mod sinifikanti. L-Istati Uniti ilhom ħielsa mill-poljo mill-1979.
L-influwenza ta’ personalitajiet li jittaqqbu pubblikament bil-vaċċin wasslet biex waqt l-imxija ta’ bħalissa tal-Covid-19, tliet eks Presidenti Amerikani qalu li se jieħu l-vaċċin fil-pubbliku. Dawn huma Barak Obama, Bill Clinton u George Bush.