Eluf ta’ voluntiera biex jgħinu lill-emigranti tal-“Aquarius”

Mons-Arturo-Ros
Mgr. Arturo Ross - Auxiliary Bishop of Valencia

Read in English.

Il-komunità Kattolika ta’ Valenzja fi Spanja, fejn intlaqa’ l-vapur Aquarius b’aktar minn 600 emigrant fuqu, li kien irrifjutat li jidħol fil-portijiet tal-Italja u ta’ Malta, qed toffri eluf ta’ voluntiera biex jgħinu lil dawn l-emigranti.

Għall-ewwel kien hemm 200 persuna lesti li jgħinu lil dawn l-emigranti, iżda issa Mons. Arturo Ros, Isqof Awżiljarju u koordinatur tas-servizzi soċjali tal-arċidjoċesi ta’ Valenzja qal li n-numru ta’ voluntiera tela’ għal aktar minn 6,000 persuna.

Bħalissa l-emigranti jinsabu f’ċentri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar fejn qed ikunu eżaminati medikament u ssir il-proċedura tal-identifikazzjoni.  Il-Gvern se jagħtihom permess temporanju ta’ 45 ġurnata għal raġunijiet umanitarji. Aktar min-nofs l-emigranti li huma Afrikani li jitkellmu bil-Franċiż, urew ix-xewqa li jmorru jgħixu fi Franza.

Wara li ħalla l-immigranti fi Spanja, il-bastiment Aquarius dalgħodu daħal fil-port ta’ Marsilja fejn mistenni jgħaddi erbat ijiem fil-post Franċiż.