Eluf ta’ Pollakki ċċelebraw Santa Marija flimkien wara pellegrinaġġi mill-irħula tagħhom

Thousands of Catholics Eluf kbar ta' Pollakki mxew mal-Isqfijiet tagħhom biex jiċċelebraw flimkien Santa Marija

Għexieren ta’ eluf ta’ Kattoliċi Pollakki ħadu sehem f’pellegrinaġġi li telqu mill-parroċċi rispettivi tagħhom minn kull rokna tal-pajjiż biex jinġabru f’Czestochowa biex jiċċelebraw flimkien il-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija.

Sa nhar l-Erbgħa, il-Konferenza Episkopali Pollakka rrappurtat li numru minn dawn il-pellegrinaġġi kienu diġà waslu Jasna Gora fi triqithom għal din il-festa devota.

Lejlet il-festa, wieħed mill-aktar pellegrinaġġi antiki – it-308 Pellegrinaġġ minn Varsavja organizzat mill-Pawlini, kien wasal fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Jasna Gora.  Matul il-pellegrinaġġ l-insara li ħadu sehem, talbu fost l-oħrajn għall-beatifikazzjoni tal-Kardinal Stefan Wyszynski.  Huma ntlaqgħu f’Jasna Gora mill-Kardinal Kaimierz Nycz, Arċisqof Metropolita ta’ Varsavja.

Suldati li ħadu sehem fit-28 edizzjoni tal-Pellegrinaġġ Militari Internazzjonali u 200 pumpier tat-tifi tan-nar bil-familji tagħhom ukoll waslu f’Jasna Gora.

Pellegrinaġġ tal-Familji

Qabel nofsinhar, ferħana minkejja li kienet ix-xita, il-pellegrini li kienu qed jieħdu sehem fis-36 Pellegrinaġġ bil-mixi għall-Familji li telaq mid-Djoċesi ta’ Varsavja, wasal ukoll fis-Santwarju. Fit-triq kollha li mxew kienu akkumpanjati mill-Isqof Marek Solarċzyk, delegat għall-Vokazzjonijiet tal-Konferenza Episkopali Pollakka.

L-Erbgħa filgħodu wasal ukoll fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Czestochowa, id-39 Pellegrinaġġ tal-Akkademiċi minn Varsavja.

Filgħaxija, il-pellegrini kollha flimkien, għexieren ta’ eluf, ħadu sehem fil-Quddiesa ċelebrata mill-Kardinal Kazimierz Nycs, Metropolita ta’ Varsavja.