Eluf ta’ persuni jħallsu d-doppju wara żball fil-cards

Eluf ta’ persuni spiċċaw ħallsu darbtejn tal-istess oġġett wara li għal xi raġuni seħħ xi tip ta’ żball fil-magni tal-karta tad-debitu ta’ Cardnet fir-Renju Unit. Din il-linja hija ta’ Lloyds Bank u First Data.

Minkejja li l-flus ħarġu darbtejn mill-kont tal-bank, jidher li t-tranżazzjoni dehret darba biss fuq l-irċevuti ta’ bosta ħwienet, pubs u restoranti. Skont Lloyds Banking Group, propju 5% tat-tranżazzjonijiet mill-magni ta’ Cardanet ġew affetwati nhar id-29 ta’ Awwissu, u dawk kollha affetwati rċevew il-flus lura.

Għaldaqstant il-klijenti kollha għadhom qed jintalbu biex jiċċekjaw il-kontijiet tagħhom u jikkontattjaw lill-bank jekk isibu problemi.