Eluf ta’ Palestinjani jaħarbu mbeżżgħin minn Gaża

Wara d-diversi twissijiet tal-Iżrael, eluf ta’ Palestinjani qed jaħarbu miż-żoni li jinsabu fit-tramuntana ta’ Gaża bil-biża’ li jistgħu jiġu sparati aktar rokits.
In-Nazzjonijiet Magħquda qed tgħid li 17,000 persuna sabu rifuġju f’waħda mill-faċilitajiet tagħha.
F’dawn l-aħħar sebat ijiem, meta ħraxu l-attakki Iżraeljani fuq il-Palestina, ġew irrappurtati mejta 172 Palestinjan, 18 minnhom huma kollha membri tal-istess familja.
L-Iżrael qed jargumenta li l-attakki Iżraeljani qed isiru biex forsi l-militanti ta’ Gaża jieqfu milli jitfgħu aktar rokits.
Għal darb’oħra, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda talab biex jieqaf il-ġlied u jkun hemm taħdidiet ta’ paċi.