Eluf ta’ Ġermaniżi jipprotestaw kontra l-użu tal-maskri

Read in English.

Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Berlin ilbieraħ kontra l-miżuri li ddaħħlu fil-pajjiż minħabba l-coronavirus, għaliex il-Ġermaniżi qalu li dawn marru kontra d-drittijiet tagħhom.

Huwa stmat li kien hemm mas-17,000 persuna tipprotesta, fosthom attivisti kontra l-vaċċin. Kien hemm ukoll xi nies mil-lemin estrem.

Fost l-oġġezzjonijiet tagħhom, kien hemm l-oġġezzjoni li tintlibes maskra. Huma kienu mingħajr maskri u ma żammewx distanza bejn xulxin. Dan wassal biex il-Pulizija ressqet ilment kontra Michael Ballweg, l-organizzatur tal-protesta. Ballweg huwa intraprenditur li qed jimmira li jilħaq sindku ta’ Stuttgart.

L-attivisti spiċċaw fil-mira tal-kritika tal-politiċi, u wieħed minnhom sejħilhom “covidiots.” Ikkritikawhom billi skonthom, dawn l-attivisti qegħdin jipperikolaw is-suċċess li kellha l-Ġermanja fil-pandemija, minbarra li qegħdin ipoġġu saħħithom u saħħet ħaddieħor f’periklu.

L-infezzjonijiet fil-Ġermanja qegħdin jiżdiedu. Kien hemm aktar minn 200,000 persuna fil-pajjiż infettati bil-virus, u mietu kwazi 1,000 persuna.