Eluf ta’ ġellieda tal-ISIS jirritornaw

Minn tal-inqas 5,600 persuna li jappoġġjaw l-ISIS irritornaw lura f’pajjiżhom hekk kif il-grupp terroristiku qed jitlef is-saħħa fl-Iraq u fis-Sirja.
Skont il-midja internazzjonali diversi persuni li telqu minn pajjiżhom lejn is-Sirja issa qed jirritornaw lura.
Skont rapport miktub mill-awtoritajiet Amerikani madwar 850 persuna kienu telqu mill-Ingilterra biss f’dawn l-aħħar sentejn.
L-istess rapport saħaq li għalkemm ħafna minn dawn il-persuni se jkunu arrestati mal-wasla tagħhom lura f’pajjiżhom, oħrajn se jisparixxu u se jkomplu jkunu ta’ theddida għas-sigurtà tal-pajjiż rispettiv tagħhom fis-snin li ġejjin.
L-Istat Iżlamiku tilef ħafna mit-territorju li kien ħataf taħt idejh f’Ġunju tal-2014 biex kompla jattira eluf ta’ ġiħadisti minn madwar id-dinja.
Il-ġimgħa l-oħra l-allejanza tal-Kurdi Sirjani u l-Għarab li tinsab appoġġjata mill-Istati Uniti qalet li reġgħet ħadet il-kontroll taħt idea tal-belt ta’ Raqqa fis-Sirja, li kienert qed isservi bħala l-belt kapitali tal-ġiħadisti.