Read in English.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) wissiet li eluf ta’ migranti li jinsabu f’Bożnija-Ħerżegovina qegħdin jesperjenzaw kesħa estrema.
Madwar 2,500 persuna qegħdin joqogħdu f’tined li m’għandhomx sistema li ssaħħan filwaqt li oħrajn qegħdin joqogħdu viċin il-belt Bihac.
Il-kordinatur tal-IOM, Peter van der Auweraert fi tweet qal li l-awtoritajiet tal-Bożnija qegħdin jassistu lill-migranti permezz ta’ akkomodazzjoni temporanja.
Positive development #Lipa #Bihac #BiH: state authorities action progressing fast to provide provisional accommodation for #migrants stranded there – @UNmigration technical teams assist but action = authorities. #migrants to move in tomorrow. Permanent site works to start soon. pic.twitter.com/qDO6jGf0JX
— Peter Van der Auweraert (@PeterAuweraert) January 7, 2021
Fl-aħħar sigħat ġew mibnija tined li għandhom sistema li ssaħħan u l-migranti ttieħdu fihom b’mod temporanju.
Il-migranti li nqabdu f’din il-kesħa kienu qegħdin jippruvaw jaslu l-Kroazja, pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea. L-IOM qalet li madwar 8,500 migrant li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea jinsabu jgħixu f’Bożnija bit-tama li jkunu jistgħu jidħlu fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Il-Kap tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea Josep Barrell qal li minkejja li ngħataw il-fondi biex tinstab akkomodazzjoni f’Bihac, l-uffiċjali tal-Bożnija injoraw it-talba li jipprovdu akkomodazzjoni bażika.
Positive news from former #Lipa location #Bihac #BiH – state authorities started to move #migrants into heated tents – heavy snow slowed down emergency works today so not all may have shelter tonight but tomorrow all will. Important step forward. @UNmigration @UN_BiH pic.twitter.com/6B3sLKsXU4
— Peter Van der Auweraert (@PeterAuweraert) January 8, 2021