Eluf jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet minħabba l-coronavirus f’Berlin

Eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq ta’ Berlin jipprotestaw minħabba r-restrizzjonijiet imponuti fuqhom fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19.

Il-pulizija kellha tintervjeni biex tifred lid-demostranti u ġġegħelhom jilbsu l-maskri u jżommu d-distanza soċjali.

Il-pulizija qalet li ħafna mill-ħin din il-protesta kienet paċifika madankollu aktar tard għamlet numru ta’ arresti.

L-awtoritajiet ippruvaw iwaqqfu din il-protesta minħabba l-biża’ li dawk li qed jipprotestaw ma jżommux mar-regoli tad-distanza soċjali, madankollu l-Qorti ddeċidiet li din il-protesta tista’ ssir.

Preżenti għal din il-protesta kien hemm madwar 18,000.