Eluf jipprotestaw fi Spanja

Eluf ta’ nies qed jipprotestaw f’Madrid fi Spanja f’demostrazzjoni organizzata minn partit Podemos.
Din hi l-ewwel ‘mixja għall-bidla’ li qed issir f’isem il-partit, li qed iwiegħed li jnaqqas id-dejn ta’ Spanja jekk jirbaħ l-elezzjoni s-sena d-dieħla.
Podemos qed isostni li l-politiċi għandhom jaqdu lin-nies u mhux l-interessi privati tagħhom.
Il-mexxej tal-partit Pablo Iglesias qal li hemm bżonn ta’ bidla wara aktar minn sitt snin ta’ kriżi finanzjarja.