​Eluf jipprotestaw fi Spanja wara l-istupru ta’ żagħżugħa

Għexieren ta’ eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Spanja kontra l-ħelsien mill-arrest ta’ ħamest irġiel li kienu akkużati li stupraw żagħżugħa ta’ 18-il sena.
Skont l-AFP, id-dimostranti mlew it-toroq madwar il-pajjiż wara l-verdett tal-Qorti l-Ħamis li għadda. Il-Gvern konservattiv ta’ Spanja qal li se jikkunsidra tibdil fil-liġi tal-istupru.
Il-Pulizija tal-Belt Pamplona, fejn seħħ il-każ, qalet li madwar 33,000 persuna ħadu sehem fid-dimostrazzjoni tal-lum. Ma ġewx irrappurtati inċidenti waqt il-protesti.
Illum huwa t-tielet jum ta’ protesti wara li l-ħamest irġiel instabu ħatja ta’ abbuż sesswali u mhux stupru. Huma ngħataw sentenza ta’ disa’ snin ħabs.