Eluf jinġabru fi Stonehenge għall-itwal ġurnata tas-sena

Eluf ta’ nies, inġabru fis-sit preistoriku ta’ Stonehenge, 130 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Londra biex jiċċelebraw is-solstizju tas-sajf, jiġifieri l-itwal ġurnata tas-sena. 
Skont il-pulizija, għall-ħabta tal-4:52am ħin lokali, il-madwar 30,000 persuna miġbura, raw tlugħ ix-xemx għal ftit minuti biss minħabba l-ħafna sħab li kien hemm fis-sema. 
Il-viżitaturi biesu l-famużi ġebel u żifnu mar-ritmu ta’ mijiet ta’ tnabar.