Aġġornata bil-filmat: Dr Joseph Muscat uffiċċjalment il-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta

12:55 Tislima mill-Prim Ministru l-ġdid u martu Michelle fit-tieqa tal-Berġa ta’ Kastilja.

12:29 Il-Prim Ministru Dr Muscat joħroġ mill-Palazz tal-President u jinsab fi triqtu lejn Kastilja

11:44 Dr Muscat jindirizza l-mezzi tax-xandir u jgħid li hemm diġa’ ideat ċari dwar il-formazzjoni tal-Kabinett. Il-baġit se jiġi approvat fl-ewwel laqgħa tal-Parlament, wara l-Għid

11:40 Il-Prim Ministru l-ġdid isellem lill-folla mill-gallarija tal-Palazz tal-President

11:31 Dr Joseph Muscat jieħu l-ġurament, filwaqt li l-folla tinfexx x’ċapċip, daqq ta’ ħornijiet u briju. Dr Joseph Muscat huwa formalment it-13-il Prim Ministru ta’ Malta.

11:29 Dr Joseph Muscat, martu Michelle u ż-żewġt ‘itfal tagħhom jifħlu fis-Sala l-Ħamra fil-Palazz Presidenzjali

11:26 Il-folla ddeċidiet li tniżżel il-bnadar sabiex kulħadd ikollu aċċess għall-iscreens li hemm barra l-Palazz

11:15 Dr Joseph Muscat jasal fil-Palazz tal-President

Aktar kmieni: Partitarji Laburisti qed jidħlu bi ħġarhom il-Belt Valletta, hekk kif fil-11:00am il-Prim Ministru elett Joseph Muscat se jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President. Ġemgħa kbira nġabret bil-bnadar, ħornijiet u fjuri fi Pjazza San Ġorġ. Eluf ta’ persuni jinsabu fi Triq ir-Repubblika.

Uħud ilhom f’din il-pjazza minn kmieni dalgħodu.

Wara l-ġurament, Dr Joseph Muscat jsellem lill-poplu mill-gallarija tal-Palazz, u wara jmur Kastilja.