Eluf jinġabru biex jaraw l-ispettaklu tal-logħob tan-nar f’Sydney

Crowds build around the Sydney Harbour foreshore at Circular Quay during New Year's Eve celebrations in Sydney, Australia, December 31, 2019. AAP Image for City of Sydney/Dean Lewins/via REUTERS

Eluf ta’ nies bdew jinġabru qrib il-port ta’ Sydney biex jassistu għall-ispettakklu tal-logħob tan-nar li isir biex jagħti merħba lis-sena l-ġdida. 

L-ispettakklu ser isir, minkejja s-sejħiet li saru biex dan jiġi kkanċellat fid-dawl tan-nirien li qed joħonqu paritjiet estensivi ta’ New South Wales. 

Is-sindku ta’ Sydney qal li l-preparamenti għal dan l-ispettakklu ilhom għaddejin għal dawn l-aħħar ħimstax-il xahar. Apparti minn hekk huwa qal li ser ikun hemm kampanja ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet b’riżq dawk milquta minn dan il-fenomenu traġiku. 

Iktar kmieni sar magħruf li l-ammont ta’ nies mejta kawża tan-nirien telgħa għal disgħa, filwaqt li f’xi bliet oħra kien hemm nies li kellhom diffikulta biex jiġu evakwati hekk kif it-toroq li jwasslu għall-ħruġ mill-bliet huma magħluqa minħabba in-nirien.