Eluf jimirdu bid-deni rqiq wara inċident f’kumpanija fiċ-Ċina

Read in English.

Eluf ta’ persuni fil-Majjistral taċ-Ċina ttestjaw pożittiva għad-deni rqiq skont ġurnali internazzjonali. Dawn il-ġurnali qed jgħidu li l-firxa ta’ din il-marda kkaġunata mill-batterja qed tinfirex wara leak minn kumpanija farmaċewtika.

Is-CNN irrapporta kif il-Kummissjoni tas-Saħħa f’Lanzhou, il-belt kapitali tal-provinċja ta’ Gansu, ikkonfermat li 3,245 persuna spiċċaw infettati bil-virus magħruf bħala l-Malta Fever jew Mediterranean Fever (deni rqiq). Din it-tip ta’ marda ħafna drabi tiġi minn bhejjem li jkunu qed iġorru l-batterja magħrufa bħala brucella.

1,401 persuna oħra ttestjaw preliminarjament pożittivi, madanakollu m’hemm l-ebda fatalità rrapportata s’issa. B’kollox, l-awtoritajiet s’issa għamlu testijiet fuq 21,847 persuna f’belt fejn jgħixu 2.9 miljun persuna.

Din il-marda tikkawża uġigħ ta’ ras, fil-muskoli, deni u għajja. Filwaqt li dawn is-sintomi jistgħu jitilqu biż-żmien, ċerti sintomi jistgħu jsiru kroniċi u qatt ma jitilqu. Eżempju persuan tista’ tibqa’ tbati minn artrite jew nefħa f’xi organi skont is-CDC.

Intant, it-trażmissjoni tal-marda minn uman għall-ieħor hija xi ħaġa rari skont l-istess CDC. Ġeneralment, persuna tispiċċa infettata wara li tiekol ikel li jkun kontaminat jew il-batterja tidħol fil-ġisem man-nifs. Jidher li t-tieni possibilità kien dak li ġara f’Lanzhou.

Jidher li waqt li l-kumpanija farmaċewtika kienet qed tagħmel vaċċin kontra l-Brucella għall-użu fuq l-annimali, intużaw diżinfettanti u sanitizers li kienet għaddiet id-data tal-iskadenza tagħhom u b’hekk ma kinitx eradikata l-batterja kollha fil-waste gas. Dan il-gass ħareġ fl-arja u nġarr lejn il-Lanzhou Veterinary Research Institute, fejn bdiet il-firxa.

L-infezzjonijiet kienu bdew jiġu rrappurtati f’Novembru li għadda u l-firxa aċċellerat. Sa Diċembru, 181 persuna fl-istitut kienu infettati bid-deni rqiq. Il-pazjenti jinkludu studenti u membri tal-fakultà tal-Università ta’ Lanzhou.