Eluf jilqgħu l-eroj Ġermaniżi f’Berlin

Madwar nofs miljun persuna inġabru f’Berlin biex jilqgħu l-eroj Ġermanizi li rebħu t-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.
Ħafna bdew jinġabru mill-għodwa filwaqt li oħrajn waslu bit-trasport pubbliku, li f’xi mumenti kien ipparalizzat.
Il-plejers waslu abbord karozza tal-linja miftuħa f’atmosfera mill-isbaħ, kant u żfin.
L-uffiċjali tat-tim Ġermaniż qalu li l-pjazza inbidlet f’ċelebrazzjoni ta’ ferħ qisu żmien il-karnival.
It-tim imexxi minn Joachim Loew rebaħ il-finali wara li għeleb lill-Arġentina bil-gowl skurjat minn Mario Goetze.
Din hija r-raba’ darba li l-Ġermanja rebħet it-Tazza tad-Dinja wara l-1954, 1974 u l-1990.