Eluf jaħarbu minn djarhom hekk kif jissokta l-ġlied barra minn Tripli

Members of Misrata forces, under the protection of Tripoli's forces, prepare themselves to go to the front line in Tripoli, Libya April 8, 2019. REUTERS/Hani Amara

Forzi tal-Lvant u truppi leali lejn il-Gvern Libjan ta’ Tripli komplew bil-ġlied tagħhom fil-periferija ta’ Tripli.

Il-ġlied wassal biex eluf ta’ residenti spiċċaw jaħarbu minn darhom.

AQRA: It-truppi tal-Lvant tal-Libja javvanzaw fi Tripli

L-Armata Nazzjonali Libjana mmexxiha mill-Kmandant Khalifa Haftar jinsabu madwar 11-il kilometru fin-Nofsinhar ta’ Tripli bl-armata tagħhom.

Ir-residenti qed jirrappurtaw li hemm diversi ajruplani tal-Forzi tal-Armata Nazzjonali Libjana dduru fuq Tripli.

AQRA: Ajruplan tal-gwerra jattakka ajruport fi Tripli

Il-ġellieda mmexxiha minn Haftar ħadu taħt idhom dak li kien l-ajruport internazzjonali iktar kmieni dil-ġimgħa iżda dan reġa’ ntrebaħ mill-ġellieda tal-gvern Libjan li huwa rikonoxxut mill-mexxejja internazzjonali skont xhieda li tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

In-Nazzjonijiet Uniti qalu li minn tal-inqas 4,500 resident fi Tripli spiċċaw bla dar u kellhom jitilqu lejn postijiet iktar siguri filwaqt li ħafna spiċċaw maqbuda bejn il-ġlied.