Eluf fit-toroq jipprotestaw kontra l-‘gidba’ tal-Gvern Iranjan

Read in English.

Eluf ta’ dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Tehran bi protesta kontra l-awtoritajiet Iranjani talli dawn caħdu rapporti li waqqgħu arjuplan tal-passiġieri Ukren.

Il-President Amerikan Donald Trump fi tweet faħħar dawn il-protesti. Is-Sibt, l-Iran ammetta li nizzel jet b’mod aċċidentali tliet ijiem wara l-inċident li qatel 176 persuna.