Eluf fit-toroq fl-Albanija kontra Gvern ‘Illeġittimu’

Fl-Albanija, eluf ta’ partitarji tal-oppożizzjoni għalqu t-toroq fl-aħħar minn sensiela ta’ protesti bl-għan li jimbuttaw lill-Gvern jaċċetta li jsejjaħ elezzjoni qabel iż-żmien.

L-Oppożizzjoni qed tallega li kien hemm tbagħbis fl-elezzjoni tal-2017, ilhom għaddejjin tliet xhur bi protesti u qagħtu kull kuntatt mal-parlament Albaniż iżda l-Gvern tal-Prim Ministru Edi Rama dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet tagħhom.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dejjem kkonsidraw il-Gvern bħala wieħed leġittmu u sejħu lill-Oppożizzjoni tirritorna lura għal bankijiet tal-parlament u tieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.