Elmu u adaptor tad-dawl irtirati mis-suq

L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur avżat lill-pubbliku biex ma jużax elmu tas-sigurtà tad-ditta Daniel Professional Tools. Dan l-elmu partikolari għandu kulur isfar li jiddistingwixxieh. Qed jiġi rtirat mis-suq minħabba li mhux konformi ma’ regoli Ewropej għas-sigurtà u huwa ta’ periklu serju għal min jużah. L-elmu m’għandux il-qafla ta’ taħt, li tassigura li l-elmu jinżamm mar-ras.

L-Awtorità avżat ukoll biex ma jintużax adaptor tad-ditta Traveler, għaliex dan iqiegħed lill-konsumaturi f’riskju li jiġu f’kuntatt mal-kurrent elettriku.

Se tittieħed azzjoni legali kontra l-operaturi li poġġew dawn il-prodotti fis-suq.