Elle ta’ 11-il sena tmut f’dirgħajn ommha u missierha

Tifla li ma tafx ħajjitha mod ieħor ħlief ġejja u sejra l-isptar tilfet il-battalja tagħha mal-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis.
Ftit xhur ilu, Elle Grace Morris mir-Renju Unit u li għandha 12-il sena, saritilha operazzjoni li kellha ssalvalha ħajjitha.
Fi Frar, Elle ttieħdet Londra għal operazzjoni li damet seba’ sigħat, ftit wara li rċevew telefonata msejħa ‘miraklu’ li sabu donatur.
It-tifla kellha biss 15-il xahar meta nstab li għandha din il-kundizzjoni, bit-tobba jgħidu lill-familja li jekk ma jinstabx trapjant, kellha biss ftit xhur ħajja.
Iżda hija mietet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, bil-ġenituri tagħha jirrikorru għall-paġna tagħha fuq Facebook Elle’s Wishes campaign li permezz tagħha ġabret eluf ta’ flus għall-għaqdiet li jaħdmu b’dawk bis-Cystic Fibrosis.
Filwaqt li ddeskrivewha bħala tifla kuraġġuża u sabiħa, il-ġenituri tagħha kitbu li binthom mietet f’dirgħajhom, u mdawra minn qraba u ħbieb.