Elizabeth Warren barra mit-tellieqa presidenzjali Amerikana

REUTERS/Mike Blake

Elizabeth Warren temmet il-kampanja presidenzjali tagħha, u b’hekk ħalliet it-tellieqa bejn żewġ irġiel: l-eks Viċi President Joe Biden u s-Senatur Bernie Sanders.

Warren, senatur liberali, kienet ġiet wara Biden u Sanders f’14-il stat, anke f’Massachusetts, minn fejn hi hi.

Ir-rapport f’Reuters jgħid li tellieqa li oriġinarjament kienet waħda b’varjetà ta’ kandidati, issa spiċċat bejn żewġ irġiel bojod, wara li din il-ġimgħa anke Pete Buttigieg ħabbar li se jtemm il-kampanja tiegħu.

Warren ma qalitx lil min se tappoġġja mir-rivali tagħha immedjatament, imma qalet li se tiddeċiedi dwar dan iżjed tard. Hija qalet li m’għandhiex dispjaċiri, iżda tkellmet ċar fuq il-falliment tagħha, għaliex kienet ittamat li jirnexxilha jkollha kampanja kemxejn differenti, iżda ħasset li ma rnexxilhiex.