Elise Pellegrin tikkompeti fil-Kampjonat Dinji tal-Alpine Ski

Elise Pellegrin, li hija l-ewwel Maltija li kkompetiet f’kampjonat tal-iskijar, ikklassifikat fis-76 post minn fost 139 kompetitur.

Pellegrin, Franċiża b’dixxendenza Maltija, ikkompetiet fil-Kampjonat Dinji tal-Alpine Ski li qed issir fl-Awstrija. Hija kienet parti mill-kategorija tal-Giant Slalom u t-tlielaq saru nhar il-Ħamis li għadda, 14 ta’ Frar.

Elise Pellegrin qalet li tinsab onorata li libset il-kuluri ta’ Malta u stqarret li kienet esperjenza sabiħa minħabba l-fatt li hija l-ewwel Maltija li skijjat f’kompetizzjoni fuq livell internazzjonali.

F’dawn il-ħinijiet, hija qed tikkompeti wkoll fil-kategorija Slalom.