Filmat: Eliminazzjoni oħra waqt Malta’s Got Talent

Muhammed Ismaili ta’ 29 sena huwa t-tieni eliminat f’dan it-tieni programm tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.

Mill-ewwel ma impressjonax u minkejja l-parir ta’ Maxine biex jagħtih ċans, huwa xorta għafas il-buttuna tal-X u ftit wara anke Maxine tagħmel l-istess. Sarah timxi fuq il-passi tat-tnejn l-oħra u filwaqt li Ray xtaq jisma’ aktar, Howard qam minn postu u għafas il-buttuna ta’ Ray.

“Ħassejt li ma kelliex inħallik issofri aktar,” qallu Howard.