Eliana titlaq lejn il-Polonja

Kmieni dalgħodu l-kantanta ta’ 14-il sena Eliana Gomez Blanco, flimkien mad-delegazzjoni Maltija, telqu lejn il-Polonja beix matul din il-ġimgħa jsiru l-provi li jwasslu għall-finali tas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se sjir nhar il-Ħadd li ġej, f’xandira diretta fuq TVM.

Eliana se tkun qed tikkompeti fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta We Are More, miktuba minn Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee b’kompożizzjoni ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.

Eliana bdiet tkanta fl-età ta; 6 snin u spiss narawha fuq programme televiżivi. Is-sena l-oħra rebħet ukoll il-konkors L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ flimkien ma’ Aidan Jay Drakard bil-kanzunetta Dwell.

Ir-riżultat se jkun determinat permezz tal-ġuriji mill-pajjiżi parteċipanti kif ukoll permezz ta’ votazzjoni onlajn.

Eliana fl-ajruport ta’ Malta qabel telqet lejn il-Polonja

L-ewwel fażi tal-votazzjoni onlajn se tibda fit-22 ta’ Novembru u tibqa’ sejra sal-Ħadd 24 ta’ Novembru sa minuta qabel ma tibda l-finali.

It-tieni fażi tal-votazzjoni tibda waqt il-finali tal-festival fl-24 ta’ Novembru eżatt wara l-wirja tal-aħħar parteċipazzjoni u din id-darba l-votazzjoni ddum għaddejja għal 15-il  minuta.