Eliana għall-Junior Eurovision fil-Polonja

Ritratt: Facebook

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fis-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fi Gliwice fil-Polonja nhar l-24 ta’ Novembru.

Gomez hija l-15-il rappreżentanta għal pajjiżna f’dan il-konkors.

Iż-żagħżugħa Maltija kienet fost it-12-il finalista għal din l-edizzjoni u 50% tal-voti ngħataw mill-ġurija magħmula minn Claudia Faniello, Deo Grech u mir-rappreżentanta Maltija fl-aħħar edizzjoni, Ela Mangion.

Il-50% l-oħra tal-voti ngħataw mill-pubbliku permezz tat-televoting li ngħalaq fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Fit-tieni post ikklassifikat Leah Cauchi, waqt li fit-tielet pożizzjoni għall-għażla Maltija għall-Junior Eurovision ikklassifikat Martina Cutajar.

Il-fażi li jmiss hija biex tintgħażel il-kanzunetta li biha Eliana se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision.

Logo: TVP