Elf student ‘jilqgħu’ l-qtar tal-ilma

Kważi elf student ħadu sehem f’kompetizzjoni tat-tpinġija dwar in-nuqqas ta’ ilma f’Malta, bħala parti mill-kampanja Catch the Drop.
L-istudenti li pparteċipaw kellhom bejn il-5 snin u 14-il sena, bix-xogħol tagħhom kien għall-wiri fiż-żona tal-Arti fil-Fiera l-Kbira f’Ħal Farruġ.
Fix-xogħlijiet tagħhom, l-istudenti enfasizzaw in-nuqqas tal-ilma f’Malta u juru modi differenti dwar kif tista’ titnaqqas il-ħela u xi jwassal għan-nuqqas tal-ilma.