Rabta ċoff għal 1,000 koppja barranija fis-sena

Medja ta’ elf koppja barrannija jagħżlu li jorbtu ċ-ċoff f’Malta.
Skont ċifri ppubblikati fil-Parlament mill-Prim Ministru juru li fl-aħħar 10 snin, dawn iż-żwieġijiet żdiedu b`medja ta` 100 fis-sena biex fis-sena 2017 kien hemm 961 f`Malta u 53 f`Għawdex.
Il-Prim Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Labursita Byron Camilleri.
Il-Prim Ministru qal li ċ-ċifri juru li fl-aħħar snin inħolqot niċċa ġdida fis-settur turistiku, dik taż-żwiġijiet ta’ koppji barranin f’Malta.