Elf immigrant salvat fil-Kanal ta’ Sqallija

Il-Gwardja Kostjera u l-Marina Militari Taljana, irnexxielhom isalvaw kważi elf immigrant li daħlu fil-Kanal ta’ Sqallija f’ħames dgħajjes differenti.

L-immigranti jidher li huma mis-Sirja, mill-Marokk u mill-Palestina.  Fosthom kien hemm bosta nisa u tfal u anke raġel li kellu jittieħed mill-ewwel l-isptar minħabba l-kundizzjoni gravi ta’ saħtu.

Bastiment tal-merkanzija li kien għaddej 90 mil ‘il bogħod minn Malta salva dgħajsa b’133 immigrant abbord.

It-tieni dgħajsa kellha 226 immirgant u tniżżlu fil-port ta’ Pozzallo.  It-tielet dgħajsa  kellha 105 persuna u ġiet interċettata 88 mil fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.

Waħda mid-dgħajjes, ilbieraħ bil-lejl sejħet għall-għajnuna meta kienet għadha 65 mil ‘il bogħod mill-kosta Libjana u abbor kien hemm 270 immigrant, fosthom mara li kienet qed twelled.