Elf ammissjoni b’emerġenza f’Monte Carmeli

Fl-aħħar tliett snin kien hemm madwar 1,080 persuna li ddaħħlet l-Isptar Monte Carmeli taħt Ordni ta’ Emerġenza.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa fi tweġiba Parlamentari għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Mizzi fisser li kien hemm 340 ammissjoni fl-2013, 390 fl-2014 u 348 sa nofs Awwissu ta’ din is-sena.