Elezzjonijiet: L-għadd tal-voti f’21 lokalità

Miguela Xuereb

Read in English.

Wara li lbieraħ sar magħruf l-eżitu ta’ 23 lokalità, illum jissokkta l-għadd tal-voti fin-Naxxar fuq 21 lokalità oħra, 17 f’Malta u 4 f’Għawdex.

Dawn huma: Bormla, il-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, Ir-Rabat (Malta), Birkirkara, Ħal Lija, Marsaxlokk, L-Imsida, Il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, L-Imġarr, Paola, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Tal-Pietà, Ir-Rabat (Għawdex), l-Għarb, ix-Xagħra, Ta’ Sannat.

L-aktar elezzjonijiet jaħarqu mistennija li jkunu dawn ta’ Birkirkara, Ħal Lija, ir-Rabat, Malta u l-Imsida.

Fis-2pm jibdew jinħarġu l-voti mill-kaxxi rispettivi biex jibda l-proċess tas-sorting fejn il-voti jitpoġġew f’pakketti.

Newsbook.com.mt iżommkom aġġornati dwar dan mis-5pm ‘il quddiem.