Elezzjonijiet: 16-il lokalità għall-PL; 7 għall-PN

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa tħabbru r-riżultati ta’ 23 lokalità madwar Malta u Għawdex għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

F’din il-votazzjoni l-Partit Laburista reġa’ kiseb il-maġġoranza f’14-il lokalità u żied żewġ lokalitajiet oħra li huma l-Belt Valletta u San Pawl il-Baħar. Il-PN ġab il-maġġoranza f’seba’ lokalitajiet.

Dawn huma l-Kunsilli Lokali li l-Partit Laburista għandu maġġoranza:

Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Ħal Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, Il-Belt Valletta, Il-Marsa, Il-Mellieħa, Il-Qrendi, Ix-Xewkija, Iż-Żejtun, Iż-Żurrieq, L-Imqabba, Pembroke, San Pawl il-Baħar, Santa Venera u Ta’ Xbiex

Dawn huma l-Kunsilli Lokali li l-Partit Nazzjonalista għandu maġġoranza:

Għajnsielem, Ħal Balzan, Il-Fontanta, In-Nadur, L-Għasri, L-Iklin u San Ġiljan

23:35

Ħaż-Żebbuġ il-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Malcolm Paul Galea , Mark Camilleri, Clive Azzopardi, Patrick Bonnici

PN: George Cortis, Kevin Glynn, David Battistino

Indipendenti: Steve Zammit Lupi

23:30

In-Nadur il-PN iżomm il-maġġoranza

PN: Edward Said (Sindku), Eucharist Camilleri, Josef Frank Camilleri

PL: Joseph Vella,  Jean Paul Portelli,

23:23

Iż-Żejtun il-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Doris Abela (Sindku), Joan Agius, Stephania Fenech, Gesmond Baldacchino, Raymond Caruana, Dorcas Camilleri, Sean Chircop

PN: Amanda Abela, Roderick Caruana

23:20

San Pawl il-Baħar maġġoranza għall-PL

PL: Alfred Grima (Sindku), Carlos Zarb, Daryl Connor, Mario Joseph Salerno, Alfred Bray, Paul Bugeja

PN: Graziella Galea, Anne Marie Fenech, Anthony Delia (PN)

23:00

Il-Qrendi l-PL jżomm il-maġġoranza

PL: David Michael Schembri (Sindku), Patrick Bugeja, Marion Parnis, Carmel Zerafa

PN: Daniel Farrugia

22:45

San Ġiljan il-PN iżomm il-maġġoranza

PN: Albert Buttigieg (Sindku), Guido Dalli, Patricia Camilleri, Clayton Luke Mula, Rita Portelli Dimech, Sean Gauci,

PL: Dominic Adrian Ellul, John Martin Sultana, John Agius

22:40

Santa Venera l-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Stephen Sultana (Sindku), Gianluca Falzon, Kursten Dimech, Silvio Vella,

PN: Darren Carabott, Courtney Farrugia, Joe Vella.

22:38 

Iż-Żurrieq il-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Rita Grima (Sindku), Ignatius Farrugia, Joseph Damato, Kayden Schembri, Tiffany Farrugia, Marisa D’Amato, Kenneth Farrugia

PN: Kyle Mifsud, Dino Bonnici

22:35

Fontana l-PN iżomm il-maġġoranza

PN: Saviour Borg (Sindku), Josephine Camilleri, Carmel Farrugia

PL: Horace Micallef and Jonathan Cefai

22:30

Pembroke l-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Dean Hili (Sindku), Omar Arab Elaref, Raymond Lanzon

PN: Desiree Brincat Vella, Charles Cesare

22:22

Ix-Xewkija l-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Hubert Saliba, Paul Azzopardi, John Vella, Domenic Zerafa

PN: Jeanelle Attard

22:18: 

Ħal Tarxien il-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Joseph Abela (sindku), Darlene Vella Zammit,  Neil Portelli, Thomas Debattista, Christian Pace

PN: Ismael Dalli, Anabelle Marmara

22:15:

L-Iklin il-PN iżomm il-maġġoranza

PN: Dorian Sciberras (sindku), Yvonne Bartolo, Emanuel Zammit.

PL: Bernice Farrugia, Godwin Catania

22:10:

Għajnsielem il-PN iżomm il-maġġoranza

PN: Kevin Cauchi (sindku), Franco Ciangura, Stephen Mercieca, Teddy Saliba

PL: Larry Buttigieg

22.05:

Birżebbuġa l-PL iżomm il-maġġoranza.

PL: Joseph Farrugia, Scott Camilleri, Josette Busuttil, Sandro Alexander Caruana, Maria Mifsud, Carlo Stivala, Joseph Baldacchino.

PN: Stanley Zammit, Doriana Portelli

21.56: 

Fil-Marsa l-PL jżomm il-maġġoranza

PL: Josef Azzopardi, Joseph Scerri, Francis Debono, Colin Pace, Dominic Spencer u Joseph Lia.

PN: Charmaine Aquilina

21.23:

Imħabbra l-10 kunsilliera tal-Mellieħa, Il-PL jibqa’ fil-maġġoranza.

PL; Dario Vella, John Francis Buttigieg, Rebecca Cutajar Bartolo, Annabella Stellini Brincat, Michael Kurt Buttigieg, PN; Ivan Castillo, Marvin Abela, Gabriel Micallef and Emvin Bartolo.

21.10

Il-Kunsill Lokali tal-Belt se jkun magħmul minn Alfred Zammit, Ray Azzopardi, Liam Pace, Jurgen Briffa f’isem il-PL u Mark Lucas Spiteri, Vincent Fabri f’isem il-PN

Il-PL ġab 1884 vot filwaqt li l-PN ġab 1632 vot. Il-PD ġab 37 vot.

20.59

Ħal Balzan iżomm il-PN iżomm il-maġġoranza. 1765 vot għall-PN u 680 għall-PL.

PN: Ian Spiteri (Sindku), Angelo Micallef, Stephen Gatt, Louise Mary Briffa, PL; Oliver De Gaetano.

8.47pm 

Ta’ Xbiex: 3 PL, 2 PN

Għall-Partit Laburista ġew eletti  Max Zammit, Rosario Portelli, Delana Calleja, filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista Louise Cachia Castelletti, Eugenio Muscat.

Christoph Schwaiger
Christoph Schwaiger

8.42pm 

Imqabba: 3 PL, 2 PN

PL: Omar Farrugia (Sindku) , Marie Grace Zerafa, Henry Zaffarese, PN; Jonathan Dingli, Owen Sciberras PN.

Christoph Schwaiger
Christoph Schwaiger
Christoph Schwaiger

8.38pm 

Ħad-Dingli: 4 PL, 1 PN

Christoph Schwaiger

8.17pm L-uffiċjali tal-aġġudikazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali jintalbu jmorru f’posthom biex ikomplu jaħdmu. Raġel b’mikrofonu diġà sejħilhom kemm-il darba.

8.15pm Fi tweet il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat stqarr li jinsab kburi li l-PL se jmexxi għall-ewwel darba l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

<blockquote class=”twitter-tweet” data-lang=”en”><p lang=”en” dir=”ltr”>So proud that <a href=”https://twitter.com/PL_Malta?ref_src=twsrc%5Etfw”>@PL_Malta</a> will for the first time ever lead the local council of our capital city <a href=”https://twitter.com/hashtag/Valletta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw”>#Valletta</a> -JM</p>&mdash; Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) <a href=”https://twitter.com/JosephMuscat_JM/status/1133797293990252547?ref_src=twsrc%5Etfw”>May 29, 2019</a></blockquote>
<script async src=”https://platform.twitter.com/widgets.js” charset=”utf-8″></script>

8.10pm Ċelebrazzjonijiet tal-Beltin. Is-Sindku tal-Belt se jkun Alfred Zammit, preżentatur tal-One.

Christoph Schwaiger

8.00pm Il-Partit Laburista jirbaħ il-Belt Valletta.. Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, titkisser biċċa mill-perspex.

7.39pm L-attenzjoni għadha fuq l-għadd tal-voti tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

Christoph Schwaiger

7.30pm Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jinsab wara l-perspex, jitkellem mal-Ministru Ian Borg li jinsab in-naħa l-oħra, fuq in-naħa li qed jingħaddu l-voti.

Christoph Schwaiger

7.22pm Grupp pjuttost kbir ta’ nies interessanti fl-għadd tal-Belt Valletta

7.18pm L-għadd tal-voti f’Għajnsielem, fl-Iklin, fl-Imqabba u f’Ta’ Xbiex fi stadju avvanzat

7:03pm Il-Ministru Konrad Mizzi jidħol fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar

Christoph Schwaiger

6.56pm Tensjoni fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti. Segwi l-filmat:

6.45pm L-ewwel riżultat tal-Għasri. Rebħa Nazzjonalista: 3 Kunsilliera f’isem il-PN, 2 f’isem il-PL.

Christoph Schwaiger

6pm Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li San Pawl il-Baħar intrebaħ mill-PL.

5.30pm Ftit ilu beda l-proċess tas-sorting fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex ikun jista’ jibda l-għadd tal-voti li ntefgħu nhar is-Sibt fl-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali.

DOI/Jason Borg

Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi, bil-voti tal-lokalitajiet fl-ewwel grupp jibdew jingħaddu llum. Iż-żewġ gruppi l-oħra jiġu pproċessati l-Ħamis u l-Ġimgħa.

Christoph Schwaiger

Illum, il-voti li se jingħaddu se jkunu dawk minn Birżebbuġa, Għajnsielem, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, il-Belt Valletta, il-Fontana, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Qrendi, in-Nadur,  ix-Xewkija, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, l-Għasri, l-Iklin, l-Imqabba, Pembroke, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera u Ta’ Xbiex.

AQRA x’maġġoranza kellhom dawn il-lokalitajiet fl-aħħar elezzjonijiet

L-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku kif sar fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

AQRA minuta b’minuta x’ġara fin-Naxxar nhar il-Ħadd

Jekk, kif inhu mistenni, ix-xejra tal-voti tkun tixbaħ lil dik murija fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista x’aktarx li jitlef il-kontroll li għandu f’diversi kunsilli lokali.