
Read in English.
Bħalissa qed isiru l-elezzjonijiet fl-Iran, elezzjonijiet li għandhom sfond ta’ turbulenzi ġeopolitiċi u anke problemi interni li kienu kkawżati bil-mod li l-Iran aġixxa meta twaqqa ajruplan Ukren ftit tal-ġimgħat ilu.
Il-postijiet tal-votazzjoni jdumu miftuħa għaxar siegħat u b’kollox iridu jiġu eletti 290 membru parlamentari.
Il-kap suprem tal-pajjiż, Ayatollah Ali Khamenei kien l-ewwel wieħed li xeħet il-vot tiegħu il-Ġimgħa filgħodu. Huwa spjega li l-votazzjoni hija dover reliġjuż u ħeġġeġ lill-Iranjani jivvutaw kmieni.
Hemm biża li l-affluwenza għal vot ser tkun waħda baxxa minħabba l-elementi ta’ diżullożjoni li hemm mill-klassi politika fil-pajjiż.