Elezzjonijiet fil-Mali mtappna bil-vjolenza

REUTERS/Luc Gnago

Fil-Mali, illum qed isir l-elezzjoni presidenzjali bejn il-President Ibrahim Bou-bacar Keita, li hu favorit li jegħleb l-isfida tal-kontestant Sou-majla Cisse, anki l-presidenza tiegħu kienet imtappna bi vjolenza militari u etnika.

Keita ġab 41 fil-mija tal-vot fl-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet, ix-xahar li għadda, kontra t-18 fil-mija ta’ Cisse, ex-ministru tal-Finanzi u Kap tal-Oppożizzjoni.

L-elezzjonijiet kienu kkaraterizzati minn attaki militari u inċidenti ta’ sigurta’ simili li seħħew fuq kwart mill-positijiet tal-votazzjoni u hemm it-theddida li l-istess jista’ jiġri illum.

L-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet kaotiċi fakkru lill-analitiċi politiċi li l-militanti huma marbuta tal-Istat Iżlamiku u al Qaeda, li reġgħu għolew rashom fil-pajjiż minn wara l-intervent Franċiż fl-2013 u l-influwenza tagħhom qed jespandi lejn it-tramuntana tad-desert u l-art fertili tal-pajjiż fiċ-ċentru.