Elezzjonijiet fil-Maldivi mistenni jsaħħu l-poter tal-President Yameen

Reuters

Il-President tal-Maldivi Abdulla Yameen hu mistenni li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-poter fl-arċipelgu f’elezzjonijiet li qed isiru illum il-Ħadd. L-elezzjonijiet qed jiġu kkritikati minn osservaturi internazzjonali minħabba nuqqas ta’ trasparenza u soppressjoni tad-dissent.

Il-pajjiż li jinsab fl-Oċean Indjan  b’popolazzjoni ta’ madwar 400,000, il-maġġoranza Musulmana, huwa art ta’ rivalità għas-sieħba ekonomiċi tradizzjonali tagħha l-Indja u ċ-Ċina li t-tnejn appoġġaw l-isforzi ta’ Yameen biex isaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż. Madanakollu, l-influwenza dejjem iktar persistenti ta’ Bejxing qed tħasseb mhux ftit lill-pajjiżi tal-Punent.

Il-Gvern ta’ Yameen tefa’ il-ħabs lir-rivali tagħhom li jinkludu l-eks-President u lil ħuh Mawmun Abdul Gajum fuq akkużi li jvarjaw minn terroriżmu sa korruzzjoni.

Aktar minn kwart ta’ miljun persuna huma mistennija jiftħu l-vot tagħhom f’400 ċentru tal-votazzjoni madwar il-gżira li hija magħrufa għaż-żoni turistiċi tagħhom fosthom r-resorts lussużi.

Yameen, li għandu 59 sena qed ifittex it-tieni mandat tiegħu. Mijiet ta’ persuni ffurmaw kju twil quddiem iċ-ċentru tal-kapitali Male sa minn kmieni il-Ħadd filgħodu .