Elezzjoni Ungerija: Victor Orban jittama li jiġi elett PM għar-4 darba

Skont numru ta’ polls, jidher li l-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban jaf jiġi elett għar-raba darba wara l-elezzjoni ġenerali tal-lum fl-Ungerija.
Orban u l-partit tal-lemin tiegħu, Fidesz, jinsabu mal-20 punt ’il fuq mill-partit tal-lemin estrem Jobbik, u l-partit soċjalista.
Il-votazzjoni fetħet fis-6am illum u se tgħalaq fis-7pm, bir-riżultati preliminarju mistennija joħorġu għall-ħabta tad-9pm.
Filwaqt li Fidesz qed jistennew li jirbħu l-maġġoranza fil-parlament, analisti qed iżommu amment tal-persuni li qed imorru jivvotaw sabiex jaraw jekk Orban jitlifx il-maġġoranza suprema.
Minħabba li fl-aħħar snin, Fidesz kellu kontroll ta’ żewġ terzi tal-parlament, jiġifieri 199 siġġu, kienet iktar faċli għalih li jgħaddi liġijiet kontroversjali fil-konfront tal-ġudikatura u l-midja tal-pajjiż.