Elezzjoni Stati Uniti: Cruz jgħaddi lil Trump f’Wisconsin

Fl-Istati Uniti Ted Cruz rebaħ il-primary ta’ Wisconsin, biex b’hekk ikkomplika t-triq tal-kandidat rivali tiegħu Donald Trump.
Ted Cruz u Donald Trump huma żewġ kandidati f’isem ir-Repubblikani fl-Istati Uniti u li bħalissa qed jissieltu għan-nominazzjoni tal-partit tagħhom. Din in-nominazzjoni se twassal lil wieħed minnhom jew inkella lil John Kasich għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru 2016.
Fit-tellieqa tal-Partit tad-Demokratiċi, midja Amerikana qed tipproġetta li Bernie Sanders se jgħaddi lil Hillary Clinton fl-istat ta’ Midwestern.
Bħalissa Donald Trump qed jirbaħ it-tellieqa Repubblikana, iżda hemm biża’ li ma jirnexxilux jassigura n-numru ta’ delegati neċessarji biex jirbaħ in-nominazzjoni tal-partit.