Elezzjoni PN u s-saħħa mentali diskussi llum waqt Andrew Azzopardi on 103

Andrew Azzopardi on 103

Il-programm ta’ diskussjoni Andrew Azzopardi on 103 ikompli s-Sibt 19 ta’ Settembru fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart, bejn l-10am u 12pm u aktar tard fuq Newsbook.com.mt.

Flimkien mal-mistiedna Sergio Mallia, Joseph Herbert, Ralph Cassar, Laurence Grech u l-Ewroparlamentari Dr Miriam Dalli, fl-ewwel parti tal-programm se tiġi analizzata l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, issa li l-kampanja fetħet uffiċjalment. Din hija importanti mhux biss għall-PN, imma wkoll għall-ħarsien tad-demokrazija u biex isservi ta’ kontro-bilanċ għall-Gvern. 

Għaliex ma’ qatra xita negħrqu? Flimkien mal-lettur Dr Odette Lewis niddiskutu l-infrastruttura f’Malta fit-tieni parti tal-programm Andrew Azzopardi on 103. 

Il-ġurnalist Kurt Sansone u l-istudent affairs officer fi ħdan il-KSU, Yasmine Ellul jiddiskutu mal-mistiedna: x’inhuma l-isfidi li għandna quddiema biex il-pajjiż ikun immexxi tajjeb? Il-governanza tajba f’Malta hija biss ħolma?

F’intervista qasira ma’ Rafel Sammut mill-Victory Kitchen nistaqsu: li jkollna l-Victory Kitchen mhix dikjarazzjoni li aħna fallejna fl-aspett soċjali?

Fl-aħħar parti ta’ Andrew Azzopardi on 103, nittrattaw ir-relazzjoni bejn is-saħħa mentali u l-coronavirus. Dr PaulAnn Grech taqsam magħna l-ħsibijiet dwar dan.

Andrew Azzopardi on 103 jixxandar is-Sibt bejn l-10am u 12pm fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart u aktar tard fuq Newsbook.com.mt.