Elezzjoni: Min jibki u min jidħak… ara x’għamlu l-Maltin

Ma’ kull elezzjoni jiġu biżibilju opportunitajiet għal ċajt u memes, u l-Maltin jaħtfu kull opportunità kif titfaċċa. Hekk għamlu meta bdew ħerġin ir-riżultati tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar is-6 MEPs eletti

Tema rikorrenti fil-memes kienet it-telfa tal-Partit Nazzjonalista u r-rebħa tal-Partit Laburista.

Bosta kellhom fil-mira tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia.

Mal-Kap, sofra l-partit kollu, għax mid-dehra, wara li din il-ġimgħa ħarġet il-liġi l-ġdida tal-kremazzjoni, il-Partit Nazzjonalista spiċċa kremat.

Il-kremazzjoni issa legali f’Malta wara vot fil-Parlament

PN to be cremated(Apologies for our prolonged absence)

Posted by Bis-Serjetà – Serjetà Biss on Wednesday, May 29, 2019

… b’Adrian Delia, u l-eks kapijiet Simon Busuttil u Lawrence Gonzi trabi f’idejn il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.

Clyde Puli ġie kkritikat għall-kummenti li għadda wara t-telfa tal-PN.

The Complete Idiot's Guide to Idiocy. 🤦‍♂

Posted by Steve Bonello Art & Illustration on Thursday, May 30, 2019

U din il-ġimgħa rat lill-Membru Parlamentari David Stellini, li ħareġ bħala kandidat għall-Parlament Ewropew u ma telax, jirriżenja mill-Parlament sabiex jerġa’ jmur jaħdem fi Brussell. Ma’ din l-aħbar in-nies bdew jispekulaw min se jeħodlu postu. Delia stess qal li Jean Pierre Debono, li kien ċeda s-siġġu tiegħu fil-Parlament għal Adrian Delia, urieh ix-xewqa li jerġa’ jkun Membru Parlamentari.

Debono jixtieq jidħol fil-Parlament minflok Stellini – Delia

Steve Bonello

Il-Maltin magħrufin għall-istorbju u l-briju. Allura jum is-silenzju jkun jum pjuttost diffiċli għalihom…

eħfef tneħħi sandli minn sieq patri milli tevita l-politika llum- ekoskola43 | RichardNB: hemm watermark fuq il-video għax broke u ma naffordjawx

Posted by Dom Memetoff on Friday, May 24, 2019

Insomma, il-memes kienu ilhom li bdew mill-bidu tal-kampanja.

[1] Mintoff et al. "Malta l-Ewwel u Qabel Kollox" 1971.- ekoskola43 | Richard

Posted by Dom Memetoff on Thursday, May 23, 2019

Posted by Bis-Serjetà – Serjetà Biss on Thursday, May 9, 2019

Intant, illum qed ikompli l-għadd tal-voti għall-aħħar 23 lokalità madwar Malta u Għawdex.

Segwi x’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar hawnhekk.