Elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Scicluna; jintefgħu 3 nomini

Read in English.

Jeffrey Pullicino Orlando tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu ta’ Edward Scicluna, fil-Parlament.

Ħabbret dan il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija s-Sibt wara nofsinhar li fiha ħabbret li rċiviet tlett nomini għall-elezzjoni każwali fis-seba’ distrett elettorali.

Sal-bieraħ tefgħu n-nomina tagħhom Charles Azzopardi u Gavin Gulia.

In-nomini setgħu jintlaqgħu sa llum sa nofsinhar.

L-għadd tal-voti biex jimtela l-post vakant minn Edward Scicluna ser isir it-Tlieta, 12 ta’ Jannar, 2021, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, fit-8.30 ta’ filgħodu.