Aġġornata – Elezzjoni każwali: Eletta Deborah Schembri

Hekk kif illum qed issir l-elezzjoni każwali għal ħames deputati li fadal tal-Partit Laburista, diġa ġew eletti tliet Membri Parlamentari, li kollha servew fil-leġislatura li għaddiet.

Dawn huma Joe Debono Grech mit-tmien distrett, Michael Falzon mill-għaxar distrett u Chris Agius mit-tieni distrett.

Fadal biss li jiġu eletti żewġ deputati, mill-ewwel distrett u mit-tnax-il distrett. It-taqtiegħa f’dawn id-distretti tidher waħda viċin ħafna. Fl-ewwel distrett, ġie elett Luciano Busuttil. Kif beda jingħadd il-wirt ta’ Mintoff Bland, kien hemm biss 38 vot bejn dawn it-tnejn, favur Busuttil.

Fit-tnax-il distrett ġiet eletta Deborah Schembri .

L-elezzjonijiet każwali qed isiru wara li ħames kandidati Laburisti ġew eletti minn żewġ distretti u b’hekk ċedew wieħed.

Dawn kienu il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, il-Viċi Prim Ministru Louis Grech, Manuel Mallia, Evarist Bartolo u Edward Scicluna.