Elezzjoni għal Kap tal-PN: S’issa vvutaw 76% tal-persuni eliġibbli

Miguela Xuereb

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha kemm ħabbret li fil-votazzjoni bikrija tal-lum fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ivvutaw 9% tat-tesserati eliġibbli li jivvotaw.

B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa laħaq is-76% ta’ dawk eliġibbli.

Sas-26 ta’ Settembru, nofs it-tesserati eliġibbli kienu diġà vvutaw.

L-elezzjoni nfisha għal Kap, bejn il-kandidati Adrian Delia u Bernard Grech, se ssir fit-3 t’Ottubru, filwaqt li l-votazzjoni bikrija kompliet illum, u se tkompli fit-30 ta’ Settembru u fl-1 u t-2 t’Ottubru.

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa ta’ 21,499.