Elezzjoni Ġenerali 2013 – Jivvutaw 93%

Fil-jum tas-Sibt, Malta u Għawdex ivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali 2013.

Skont il-Kummissjoni Elettorali, il-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw kien 93% tal-voti reġistrati, kważi l-istess perċentwali tal-2008.

L-aktar distrett li ħareġ jivvota kien it-tieni u raba’ distrett b’95 fil-mija. L-inqas votanti li tefgħu l-vot tagħhom kienu l-għaxar u t-tnax-il distrett b’ 90 fil-mija.

Hawn taħt hawn il-lista tat-turnout skont id-distretti.

Distrett 1 – 2013: 93% … 2008: 93%
Distrett 2 – 2013: 95% … 2008: 94%
Distrett 3 – 2013: 94% … 2008: 94%
Distrett 4 – 2013: 95% … 2008: 94%
Distrett 5 – 2013: 94% … 2008: 94%
Distrett 6 – 2013: 94% … 2008: 94%
Distrett 7 – 2013: 94% … 2008: 94%
Distrett 8 – 2013: 94% … 2008: 94%
Distrett 9 – 2013: 92% … 2008: 93%
Distrett 10 – 2013: 90% … 2008: 92%
Distrett 11 – 2013: 93% … 2008: 94%
Distrett 12 – 2013: 90% … 2008: 91%
Distrett 13 – 2013: 92% … 2008: 92%

L-għadd tal-voti mistenni jibda għal ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu u r-riżultat mistenni li jkun magħruf wara nofsinhar.