Elezzjoni fl-Awstralja: Tony Abbott hu l-Prim Ministru elett

Il-Prim Ministru Awstraljan Kevin Rudd ikkonċeda t-telfa fl-elezzjoni ġenerali li saret u għalhekk il-koalizzjoni Liberali-Nazzjonali mmexxija minn Tony Abbott se tkun fil-poter.

Hekk kif diġa ngħaddu kważi żewġ terzi tal-voti, l-koalizzjoni fl-oppożizzjoni żgurat maġġoranza fil-Parlament Awstraljan.

Intqal li l-mexxej tal-Partit Laburista Awstraljan Kevin Rudd ċempel lill-Prim Ministru elett Tony Abbott u awguralu.

L-ekonomija, l-immigrazzjoni u t-taxxa dwar l-emissjonijiet kienu l-aktar kwistjonijiet diskussi matul il-kampanja elettorali fl-Awstralja.