Elezzjonijiet ġodda f’Iżrael minħabba s-seminaristi Lhud Ortodossi

Il-Membri parlamentari fi Iżrael ivvutaw biex jiġi xolt il-Parlament wara li falla t-tentattiv tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu li jifforma gvern ma’ partiti ta’ minoranza.

Il-vot wassal biex tissejjħu elezzjonijiet ġodda fis-17 ta’ Settembru.

Netanyahu ma jrnexxilux jifforma gvern bil-partiti ta’ lemin wara l-elezzjonijiet tax-xahar li għadda.

Fiċ-ċentru ta’ nuqqas ta’ qbil kien hemm liġi dwar eżenzjoni mil-lieva għall-istudenti seminaristi Lhud Ortodossi.