Eletti 12-il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Id-delegati tal-Partit Laburista eleġġew 12-il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali.
B'kollox ikkontestaw għall-elezzjoni tal-Eżekuttiv, 17-il persuna.
Eliġibbli biex jivvutaw kien hemm 749 delegat li minnhom 653 tefgħu il-vot tagħhom.
Il-membri eletti huma: Ġuża Cassar, Monica Farrugia, Aaron Farrugia, Nikita Zammit Alamango, Mario Azzopardi, Catherine Fenech, Manuel Rocco, Ray Falzon, Ray Mizzi, Neville Gafa', Mark Grech u Joe Cilia.